Update your Cookie Settings to use this feature.
Click 'Allow All' or just activate the 'Targeting Cookies'
By continuing you accept Avaaz's Privacy Policy which explains how your data can be used and how it is secured.
Got it
We use cookies to analyse how visitors use this website and to help us provide you the best possible experience. View our Cookie Policy .
OK
Insalvaw l-aħħar wirt storiku tal-Fgura

Insalvaw l-aħħar wirt storiku tal-Fgura

1 have signed. Let's get to
50 Supporters

Close

Complete your signature

,
By continuing you agree to receive Avaaz emails. Our Privacy Policy will protect your data and explains how it can be used. You can unsubscribe at any time. If you are under 13 years of age in the USA or under 16 in the rest of the world, please get consent from a parent or guardian before proceeding.
This petition has been created by Aldo B. and may not represent the views of the Avaaz community.
Aldo B.
started this petition to
Prim Ministru
13 ta’ Mejju 2020    

Insalvaw l-aħħar wirt storiku tal-Fgura      

Onorevoli Prim Ministru,  

Fid-dawl tal-fatt li l-appell tal-Kunsill Lokali tal-Fgura lill-Awtorità tal-Ippjanar jista’ jintilef, bħala resident tal-Fgura, nitolbok tintervjeni biex insalvaw wieħed mill-aħħar irziezet antiki li jmur lura madwar 200 sena.  

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura ilu s-snin għaddej bil-ħidma tiegħu biex jipproteġi dan ir-razzett li jinsab faċċata tal-każin tal-banda, fi Triq Hompesh. Madankollu, is-sistemi li bihom jaħdmu l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Gvern ma jagħtux sikurezza li dan il-post jibqa’ eżistenti, anke jekk l-Awtorità tal-Ippjanar tiddeċiedi li tagħti grad għoli.

Bħalma taf, dan ir-razzett qiegħed f’art privata u għal dawn l-aħħar snin ġie abbandunat u madwaru nbnew ħitan għolja li għattewh kompletament. B’hekk, dan il-post inħeba minn għajn in-nies u qed jitħalla jaqa’ f’biċċiet. L-unika triq li għandu l-Gvern hija li jaqbad il-barri minn qrunu u jixtri l-art li fiha hemm wieħed mill-aħħar simboli tal-Fgura antika.

Permezz tal-akkwist tar-razzett, apparti li l-Gvern ikun irrestawra u pproteġa verament il-post biex jitgawda kemm mir-residenti u l-għaqdiet tal-Fgura kif ukoll mill-bqija tal-poplu Malti, dan jista’ jiġi kkonvertit f’mużew u ċentru tal-laqgħat u tagħlim għall-studenti u bħala attrazzjoni turistika.  

Bħala ċittadin li joqgħod f’waħda mill-aktar toroq traffikużi fil-pajjiż, jiena konxju li r-residenti qed jiffaċċjaw ħafna problemi fil-lokalità, fosthom problemi ta’ saħħa mit-tniġġis tat-traffiku kbir.

Fil-Fgura m’għadniex ġnien pubbliku wieħed u l-lokalità hi mifnija b’ħafna bini li, issa tant għola, li l-knisja tal-lokal difnuha wkoll. Infakkrek ukoll li l-ewwel knisja tal-Fgura kienet inqerdet biex tinbena t-triq prinċipali, u magħha ntradmu wkoll l-oqbra puniċi tal-istess ż-żona.  

Fil-Fgura ilu ma jsir proġett ambjentali s-snin, u għalhekk il-Gvern għandu jieħu din l-okkażjoni biex jirregala din l-art lill-poplu Fguri bħala kumpens żgħir għat-tbatijiet li jgħaddi minnhom u għall-mard li jħabbat wiċċu miegħu b’riżultat tal-iżvilupp xejn sistematiku li sar fil-lokalità.    

Inselli għalik,          


Aldo Busuttil    

Posted (Updated )